Utilisateur:Christian Attard/Brouillon

Une page de Wikipédia, l'encyclopédie libre.

Joseph (Guze) Jean Sauveur Damato[modifier | modifier le code]

Joseph Damato
Image illustrative de l'article Christian Attard/Brouillon
Joseph Damato
Présentation
Nom de naissance Joseph Jean Sauveur Damato
Naissance 12 Diċembru 1886
Sfax, Tuneżija
Décès 26 Mejju 1963
Ħ'Attard, Malta
Œuvre
Réalisations Ir-Rotunda ta' San Gwann Battista fix-Xewkija, il-Knisja tal-Karmelitani fil-Belt Valletta, Malta
Distinctions Salib Imqaddes Pro Ecclesia et Pontifice u s-Salib tal- Latran

Guże Damato ( xi drabi miktuba D'Amato) kien perit Malti li twieled fit-12 ta' Diċembru 1886 ġo Sfax fit-Tuneżija ġo familja tà oriġini Maltija li emigrat lejn dan il-pajjiż fl-1850. Hu miet fis- 26 tà Mejju 1963 ġo  Ħ'Attard (Malta). Hu għamel il-pjanti u ħa ħsieb tal-bini ta' diversi knejjes  u bini reliġjuż u ċivili ġo Malta.

Bijografija[modifier | modifier le code]

Il-ġenituri tiegħu ġo Sfax kellhom tarzna żgħira u kienu jinnegozjaw fil-fornituri li kellhom x'jaqsmu mal-kummerċ marittimu. Huma ħadmu u kellhom x'jaqsmu wkoll mal-industrija tal-bini.

Guże Damato ħa l-edukazzjoni tiegħu fi ħdan il- "Frères". Sa minn tfulitu Damato kellu namra lejn l-Arkitettura u kien josserva it-teknika użata mill-inġiniera Franċiżi fit-Tuneżija fil-qasam tal-bini, b'mod speċjali kull ma kellu x'jaqsam mal-użu tal-konkrit rinfurzat. Gużé ma qabilx ma missieru fuq it-tmexxija tal-kumpanija tagħhom u allura ddeċieda li jitlaq lejn Malta u mar jgħix ġor- Rahal il-Ġdid (Paola) fejn kien hemm jgħixu xi familjari tiegħu.

Fl-1911 hu żżewweġ lil Joséphine Farrugia u bis-saħħa t'hekk daħal fil-kummerċ familjali ta' l- importazzjoni ta' ċeramika minn Franza.

Fl-1920 il-kappillan tar-Raħal il-Ġdid ġieh ħsieb f`moħħu li tibena knisja akbar minn dik li kien hemm dak iż-żmien, il-knisja Santa Ubaldeska li kienet inbniet fl-1629. Is-Sur Guże’ Damato kien għamel tliet pjanti ghal din il-knisja il-ġdida. Intgħazlet waħda minnhom u ġiet approvata mill-Isqof wara xi tibdil fl-arkitettura.


Proġet għal knisja tar-Raħal il-Ġdid impinġi mis-Sur Guzé Damato

Peress li Guze’ Damato ma kellux “warrant” ta’ perit, ghalhekk is-Sur Filippu Tortell iffirma l-pjanti. Il-bini tal-knisja beda fl-1922 u x-xogħol spiċċa fl-1961.

Damato mar lura lejn Tunis biex ikompli l-istudju tiegħu fl-arkitettura u mnejn qiseb id-diploma ta' perit u imbagħad telaq definitivment lejn Malta. Minkejja l-Gwerra Dinjija hu kien imqabbad mid-Dumnikan Patri Bajjada biex ikabbar il-knisja ta' Ġesù Nazzarenu f'Tas-Sliema.

Wara dawn ix-xogħlijiet hu ħa ħsieb it-tkabbir tal-Kulleġġ De La Salle (1946), u flimkien mal-periti Bonello u Xuereb hadem fuq il-pjanti tal-knisja tal-Kalkara. Hu għamel il-pjanti ta' l-isptar Santa Katerina tas-sorijiet Dumnikani f'Ħ'Attard u l-knejjes ta' San Franġisk t'Assisi u tal-Kunċizzjoni ġol-Ħamrun.

Il-knisja tax-Xewkija (Għawdex) li kienet inbniet fis-seklu sbatax (1665) saret żgħira wisq għal popolazzjoni tar-raħal u l-perit Damato wiegħed li jibni knisja tonda madwar il-qadima sabiex il-poplu juża l-qadima sakemm tkun lesta l-ġdida. Mgr. Gużeppi Pace, Isqof t'Għawdex, qiegħed l-ewwel ġebla tal-knisja l-ġdida fl-4 ta' Mejju 1952. Damato uża l-istess teknika ta' bini li kien diġa uża għal bini tal-knisja tar-Raħal il-Ġdid.Ix-xogħol tal-bini tar-Rotunda tax-Xewkija spiċċa fl-1981. Il-koppla ta' din il-knisja hi t-tielet waħda fid-dinja , 75 metru għoli, 28 metru ta' dijametru u 85 metru ta' ċirkonferenza. [1]

Il-bini tal-knisja Rotunda ta' San Ġwann Battista fix-Xewkija wassal lill- Karmelitani tal-Belt biex jistiednu lil Gużé Damato jfassal il-pjanta tal- knisja futura tagħhom. Kien hemm oppożizzjoni qawwija għal dan il-proġett li kien jinkludi bini ta ' koppla kbira li se tbiddel il-veduta tal-Belt Valletta. L-ewwel ġebla tal-knisja tal-Karmnu tpoġġiet fit-30 t'April 1958. Ix-xogħol fuq il-bini spiċċa fil-15 ta’ Ġunju 1981, meta l-provinċjal Patri Manwel Gatt bierek din il-knisja wara tlieta u għoxrin sena ta’ ħidma kbira u wara li tneħħiet il-knisja l-antika minn ġol-knisja l-ġdida ( bħal ġox-Xewkija).

Fost ix-xogħlijiet notevoli ta' Gużé Damato insibu t-tkabbir tal-knisja antika ta' Ħad-Dingli, il-bini ta' koppla għal kapella ġo l-Imtaħleb u żied ukoll koppla għal knisja ta' San Lawrenz (Għawdex). Il- knisja ta' Santa Marija ta' Bubaqra fiż-Żurrieq reġgħet inbiet fuq pjanti ta' Damato. Hu ta wkoll daqqa t'id fil-bini tal-koppla ta' San Gejtanu fil-Ħamrun li saret fuq pjanta ta' Andrea Vassallo. [2][3]

Is-Sur Guzé Damato ħa ħsieb ukoll il-pjanta tal-knisja ta' Fleur-de-Lys. L-ewwel ġebla ta' din il-knisja tqegħdet fl-14 ta' Jannar 1945. Il-Knisja kienet imbierka fil-31 ta’ Diċembru 1946 mir-Reverendu Patri Provinċjal tal-Karmelitani Ġorġ Borg. Kien dan l-istess Provincjal Patri Ġorġ Borg li qabbad lill-Kavallier Ġużè D'Amato biex jagħmel il-pjanta u jesegwixxi x-xogħol tal-Knisja u tal-Kunvent Karmelitan fil-parroċċa tal-Fgura. L-ewwel ġebla tagħha tqiegħdet mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fil-11 ta' Diċembru 1948 u fid-19 ta' Novembru ta' l-1950 saret iċ-ċerimonja tat-tberik tal-knisja l-ġdida.

Il- Knisja ta’ San Franġisk t’ Assisi ġol-Ħamrun, li tesa’ madwar 2,000 ruħ , saret fuq il-pjanta tal-Perit Ġuże’ Damato. Din il-knisja , mibnija mill- Patrijiet Minuri Franġiskani, damet timbena sentejn u tbierket u nfetħet għall pubbliku fit-30 ta’Ottubru,1954. [4]

Ġol-Ħamrun il-perit Damato ħa ħsieb ukoll tal-pjanta tal-knisja tal-Kunċizzjoni. Fit-23 ta’ Marzu,1958, tqiegħdet u tbierket l-ewwel ġebla ta’ din il-Knisja mill-Eccellenza Tiegħu Mons. Isqof Emmanuele Galea. L-istil tagħha hu wieħed Joniku, b’kampnar wieħed, artal wieħed u żewġ sagristiji. Din il-knisja kienet imbierka fis-16 ta' Awwissu 1963.

Il-Kappella tal-Midalja Mirakuluża tal-Madonna ġol-Blata l-Bajda, li tifforma parti mill-Kwartier Ġenerali tas-Soċjeta tal-M.U.S.E.U.M., saret ukoll fuq pjanta ta' Gużé Damato. Din il-kapella li tesa mat-320 ruħ infetħet ufficjalment mill-Arċisqof Dun Mikiel Gonzi fit-13 ta’ Mejju, 1964.

Huwa għamel l- pjanti tas-swali parrokjali ta' l-Imġarr u n- Naxxar, kif ukoll dawk ta'l-iskola Santa Monika f'Birkirkara . Huwa kien responsabbli għat-tfassil tal-pjanta ta' Loyola House fin-Naxxar , kif ukoll il-pjanta tal-knisja preżenti tal-Madonna tal-Ħniena ġo Bir id-Deheb limiti taż-Żejtun.

Bust ta' Guzé D'Amato fil-Knisja tax-Xewkija (Għawdex)

Fl-1928 Gużé Damato kien ħareġ għall-elezzjoni bħala kandidat tal-Partit Nazzjonalista. Hu kien jittama li jingħata għajnuna mill-Gvern għal bini tal-Knisja tar-Raħal il-Ġdid. Imma Damato ma kienx elett. Fl-għoxrinijiet (1920's) kien hawn ħafna qagħd ġo Malta u bis-saħħa tal-Uffiċju tax-Xogħol tal-Franċizi fit-Tuniżija , Guże Damato kien għen numru mhux ħazin ta' Maltin biex isibu xogħol fit-Tuniżija u l-Alġerija.

Guże Damato kien raġel veru devot u ma tantx kien iħabbel rasu għall-ħlas għax-xogħol kbir li kien jagħmel. Hu kien jgħid li jitħallas ladarba jkun fis-sema! Hu kien ingħata mill-Knisja zewg unuri, is-Salib tal-Lateran kif ukoll is-Salib Imqaddes Pro Ecclesia e Pontifice

Il-Perit Damato miet fis-26 ta Mejju 1963 imdawwar mis-sorijiet Duminikani f'waħda mill-kmamar ġo l-isptar Santa Katarina, Ħ'Attard, li kien bena hu stess.

Ġo Ħal- Qormi, ir-Raħal il-Ġdid u x-Xewkija hemm toroq imsemmija għalih. Ġor-Rotunda tax-Xewkija hemm bust tiegħu.


Noti u referenzi[modifier | modifier le code]

  1. (en) Quentin Hughes, Fortress: Architecture and Military History in Malta, Fondation du patrimoine maltais, , 284 p. (ISBN 99932-10-14-5)
  2. [1] site sur Saint-Gaetan-de-Thiene à Hamrun
  3. (en) Leonard Mahoney, « Architect Andrea Vassallo », Melita Historica, no 10,‎ , p. 225-236
  4. [2] L'église Saint-François d'Assise sur le site http://www.malta-canada.com

[1]

  1. « Riżorsi | Storja - Parroċċa Fleur-de-Lys », sur www.fleurdelysparish.com (consulté le )